Sid ta’ karozza Porsche 911, li tiswa mal-€140,000, spiċċa bir-ragħwa f’ħalqu meta ħa l-karozza tiegħu għal tiswija sempliċi u spiċċaw bidlulu isimha.
Il-karozza kellha daqqa fuq il-bumper ta’ wara u malli sidha mar għaliha kien jidher li kienet qed tingħata lura f’kundizzjoni perfetta. Imma waqt li t-tellar kien qed itella’ lura d-daqqa, għal xi raġuni nqalbu l-ittri ta’ isem id-ditta lussuża tal-karozza u spiċċat jisimha Porshce.
Il-każ seħħ f’Dubai imma f’qasir żmien spiċċa nxtered mad-dinja kollha meta saħansitra anke Jeremy Clarkson, l-ekspreżentatur ta’ Top Gear fuq BBC, spiċċa xerred ir-ritratt permezz ta’ Twitter.
//= $special ?>