Ma ttieħdet l-ebda azzjoni kontra l-eks tim tal-Formula 1 Marussia wara li t-test driver Maria de Villota kienet sofriet minn injury serji wara ħabta f’Cambridgeshire fl-2012. Dan ħabbru l-kap eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-polz tax-xogħol (HSE).
De Villota tilfet għajnha l-leminija fil-mitjar ta’ Duxford waqt li kienet qed tagħmel il-provi mal-Marussia u mietet sena wara fl-età ta’ 33 sena.
Il-HSE qalet li l-familja tas-sewwieqa kienet informata bid-deċiżjoni.
De Villota, bint is-sewwieq tal-F1 tas-snin 80 Emilio de Villota weġġgħet meta l-karozza MR-01 li kienet qed issuq ħabtet ma’ trailer ta’ appoġġ fit-3 ta’ Lulju tal-2012.
Hija kienet qed issuq bil-200 mil fis-siegħa imma fil-ħin tal-inċident kienet għaddejja b’veloċità ferm anqas. Kienet l-ewwel darba li l-Ispanjola saqet il-karozza għat-tim tal-Marussia bażat f’Oxfordshire, u li xolja fl-2014.
Minkejja li tilfet għajn waħda, ingħatat permess terġa’ ssuq fl-2013 imma mietet f’Ottubru “b’konsegwenza tal-injuries newroloġiċi li sofriet.”
Eżatt wara l-inċident il-Marussia qalu fi stqarrija li “jeskludu li l-karozza kienet il-fattur tal-inċident”.
//= $special ?>