Lokali

Sewwieq ta’ mutur involut f’inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur, li għandu 24 sena,  ttieħed l-isptar Mater Dei  wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-2:30pm fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, l-Mosta.

Fuq il-post marru l-Pulizija li kkontrollaw is-sitwazzjoni kif ukoll ambulanza li ġadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.

Aktar informazzjoni kif taslilna …