Lokali

Talba mill-Oppożizzjoni għal diskussjoni tal-Preliminary Site Evaluation Report dwar l-iżvilupp fiż-Żonqor

L-Oppożizzjoni talbet biex il-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp jiddiskuti l-Preliminary Site Evaluation Report ta’ Novembru 2014 dwar l-Iżvilupp f’Ta’ Żonqor.

It-talba saret f’ittra li x-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli u l-Kelliem tal-Ambjent, l-Ippjanar, l-Artijiet u l-Infrastruttura Ryan Callus, it-tnejn membri tal-istess kumitat, dalgħodu bagħtu ittra liċ-Chairperson tal-istess Kumitat.

Dan fid-dawl tal-kontroversja tal-aħħar jiem wara li sar magħruf li l-gvern ta art ta’ importanza ekoloġika u agrikola lil investituri mill-Ġordan biex minflok l-għelieqi tinbena universita’ ġdida.

Mir-rapport joħroġ li fiż-żona hemm 30 speċi vulnerabbli jew ta’ sinifikat ekoloġiku.