Vulkan li żbroffa fuq il-Gżejjer Galapagos qajjem inkwiet li setgħet spiċċat mhedda l-ekosistema li ispirat it-teorija ta’ Charles Darwin dwar l-evoluzzjoni.
Intant, din hi l-ewwel darba fi 33 sena li l-vulkan ‘Wolf’, fuq il-Gżira ta’ Isabela, beda jbewweġ in-nirien, il-ġmied u l-lava. Madankollu, l-esperti jgħidu li l-iżbroff ma jimponi l-ebda theddida għar-residenti tal-gżira.
Il-gżira ta’ Isabela għandha l-uniċi pink iguanas fid-dinja, u l-awtoritajiet sostnew li m’hemmx periklu immedjat għal din l-ispeċi. Dan meta kelliema għall-Park Nazzjonali ta’ Galapagos jittamaw li l-abitat tal-iguanas ma jispiċċax effettwat fiċ-ċirkostanzi.
Il-Gżejjer ta’ Galapagos, li jinsabu mal-1,000 kilometru lil hinn mill-Ekwador huma fost l-aktar reġjuni vulkaniċi attivi fid-dinja. Intant, l-UNESCO wissiet li l-ekosistema tal-gżejjer tinsab f’periklu miż-żieda fit-turiżmu u l-introduzzjoni tal-ispeċi ‘barranin’ fl-inħawi.
//= $special ?>