L-inħawi lejn it-Tramuntana tal-Messiku intlaqtu minn tornado qawwi li ħalla almenu 13 il-mejtin.
L-aktar zoni li ġarrbu straġi jinsabu fil-belt ta’ Ciudad Acuna, fl-Istat ta’ Coahuila, li qed tmiss mal-fruntiera tal-Messiku. Dan l-Istat jinsab man-naħa l-oħra tal-fruntiera minn Del Rio, f’Texas, b’dan l-Istat Amerikan jintlaqat minn għargħar qawwi li wkoll ħalla l-vittmi.
Sadanittant, il-maltemp fil-Messiku qered numru sostanzjali ta’ djar u vetturi, bl-awtoritajiet jemmnu li ċ-ċifra tal-mejtin tista’ tiżdied fis-sigħat li jmiss.
Il-Gvernatur ta’ Coahuila, Ruben Moreira, żar din iz-zona ta’ emerġenza fejn ikkonferma li hemm it-tfal fost il-mejtin u li talanqas tarbija kienet irrappurtata nieqsa. Indarbu wkoll ‘il fuq minn 150 b’konsegwenza tat-tornado.
//= $special ?>