Mietu talanqas 38 persuna fost nirien li ħakmu dar tal-anzjani fil-belt ta’ Pindingshan, fil-provinċja Ċiniża ta’ Henan.
It-traġedja seħħet matul il-lejl tat-Tnejn u l-President taċ-Ċina, Xi Jinping, ħareġ direttivi biex l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jieħdu ħsieb il-midruba f’dan l-inċident filwaqt li jingħata l-wens lill-qraba tal-vittmi.
Mifhum li wħud mill-midruba fin-nirien jinsabu f’kundizzjoni serja u fl-aħħar sigħat l-iskwadri għall-emerġenza kienu għaddejjin bi tfittxija intensiva fost il-fdalijiet tal-kumpless privat li kien iservi bħala dar għal 51 resident. Il-kaġun ta’ din it-traġedja, sadanittant, għadu mhux magħruf.
//= $special ?>