Wieħed miż-żewġ Ingliżi li s-Sibt li għadda għerqu barra Kemmuna nhar is-Sibt li għadda ħalla warajh lil martu u tlett itfal żgħar. Dan kien ikkonfermat mill-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit.
Il-barranin, identifikati bħala żewġ dentisti ta’ 35 sena, Mehwish Kamran Shabir u Lyace Ali, kienu qed jgħumu barra Kemmuna flimkien ma’ dentist ieħor, Hussein Ahmed, li fortunatament salva mit-traġedja.
L-aħbar tal-mewt tal-ingliżi fl-aħħar sigħat ġiet rappurtata bi prominenza fil-ġurnali u siti tal-aħbarijiet ewlenin fir-Renju Unit fejn jingħad li t-tlett irġiel kienu f’pajjiżna waqt Bank Holiday meta sabu ruħom f’diffikulta’ 27 metru biss bogħod mill-bajja.
Imma minkejja l-attentati ddisprati tal-għawwiema, id-dentisti tilfu ħajjithom.
Huma ġew deskritti bħala dentisti professjonali li kellhom numru ta’ uffiċċji kemm fl-ingitlerra kif ukoll fl-Iskozja, kif ukoll nies mill-aħjar u lesti biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.
//= $special ?>