Raġel b’wiċċu mgħammad u armat b’sikkina seraq ammont ta’ flus minn Banka tal-Lottu fil-Fgura. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq Hompesch.
Jirriżulta li waqt il-hold-up kien hemm biss is-sidt, mara ta’ 53 sena. Dak il-ħin, bl-arma f’idu, il-ħalliel talabha l-flus u ħarab immedjatament mill-post.
L-ammont ta’ flus misruqa għadu mhux maghruf.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u nediet rondi fit-toroq tal-madwar. Il-pubbliku qed jiġi mitlub jgħin f’każ li għandu xi informazzjoni li tista’ twassal biex jiġi solvut il-każ.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett.
//= $special ?>