Sitt uffiċjali tal-FIFA, inkluz il-Vici President Jeffrey Webb gew arrestati fi Zurich kmieni dalghodu. Il-ħidma mill-Pulizija saret fuq talba tad-Dipartiment tal-Gustizzja Amerikan u l-FBI. L-akkuzi jinkludu korruzzjoni, tixħim u ħasil ta’ flus mifruxa fuq l-ahhar 20 sena.
L-uffiċjali kienu jinsabu fil-lukanda Baur au Lac. Rapporti qed jgħidu li l-Pulizija waslu fil-lukanda mas-sebħ, daħlu fir-reception, ħadu ċ-ċwievet tal-kmamar fejn kienu reqdin dawn l-uffiċjali tal-FIFA u arrestaw lis-sitt irġiel mingħajr ma sabu ebda resistenza.
Il-lukanda fejn kienu alloġjati l-uffiċjali tal-FIFA
Nhar il-Ġimgħa għandha issir l-elezzjoni biex jigi elett il-President tal-FIFA ghal terminu gdid. Sepp Blatter huwa wiehed minn dawk investigati fuq dawn l-allegazzjonijiet, f’kaz li qed jissejjah terremot ghall-FIFA.
//= $special ?>