Abdullah al-Thinni, il-Prim Ministru tal-Gvern Libjan f’Tobruk, kien fil-mira ta’ attakk minn grupp ta’ irġiel armati f’Tobruk. Il-karrozza ta’ al-Thinni kienet attakkata hekk kif telaq mill-Parlament. Filwaqt li hu ma ndarabx, wieħed mill-bodyguards tiegħu ndarab.
Dik il-ġurnata stess, folla nġabret madwar il-Parlament biex tipprotesta kotnra t-tmexxija ta’ al-Thinni u hu ngħata parir biex jitlaq mill-bini kemm jista’ jkun malajr.
//= $special ?>