Il-Ministru Evarist Bartolo ddefenda lil Jeffrey Pullicino Orlando wara rapport li deher f’The Times u li kien jindika li ċ-Chairman tal-MCST imur l-uffiċċju darba fil-ġimgħa biss għax fil-bqija tal-ġranet ikun il-klinika tiegħu. Bartolo weħħel fir-Receptionist li, skont hu, ta informazzjoni ħażina lill-ġurnalist ta’ The Times, hekk kif mhux veru li Pullicino Orlando ikun l-MCST l-Erbgħa biss.
“Jekk hemm xi ħadd jixbħu ħafna li qed jattendi l-laqgħat fil-Ministeri u hu jkun qed jagħmel xogħol ta’ Dentist Ħaż-Żebbuġ, allura ngħidlek li qed jirranġa b’dan il-mod. Naħseb li mhux sew jintqal hekk fuq Dr Pullicino Orlando”, sostna l-Ministru Bartolo. Hu sostna d-difiża fil-konfront ta’ Pullicino Orlando u qal li l-impenn tiegħu hu ħafna aħjar minn kif irrappurtat fil-gazzetta.
Il-Ministru Bartolo qal ukoll li ma jara li hemm xejn ħażin li qed jingħata n-numru tal-Klinika f’Ħaż-Żebbuġ meta xi ħadd iċempel lill-MCST u jistaqsi għal Jeffrey Pullicino Orlando. Barra minhekk, skont il-Ministru, saret apoloġija mir-Receptionist għax ta informazzjoni skorretta lill-ġurnali.
Jeffrey Pullicino Orlando jitħallas €60,000 fis-sena għall-kariga full-time bħala Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xejnza u t-Teknoloġija (MCST).
//= $special ?>