Edukazzjoni Lokali

Evarist Bartolo ma jitfaċċax

Il-Ministru tal-Edukazzjoni ma deherx waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali, li kien qed jiddiskuti l-edukazzjoni stess.

Il-programm Realta’ tal-lum kien jittratta l-edukazzjoni u l-isfidi li qed jaffaċċja dan is-settur importanti f’pajjiżna, b’emfażi fuq l-Universita’ ġdida li qed jipproponu l-Gvern Laburista fuq art verġni f’Marsaskala, u l-problemi li ltaqaw magħhom studenti li dis-sena kien imisshom jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC.

Il-Partit Nazzjonalista min-naħa tiegħu bagħat lil kandidat u għalliem Justin Schembri. Iżda għal Partit Laburista, il-Ministru Evarist Bartolo għażel li ma jmurx, minkejja li hu l-Ministru inkarigat minn dan is-settur.