Internazzjonali

F’Bari tagħmel xita ta’ ewro

Raġel ta’ 52 sena, f’Bari, qed jiġi akkużat mill-Pulizija b’riċiklaġġ ta’ flus.

Dan seħħ wara li fi tfittxija fid-dar, ir-raġel rema’ żewġ basktijiet mit-tieqa ’l barra fil-ġnien.

Iż-żewġ basktijiet, li iktar tard inġabru mill-forzi tal-ordni, kellhom qrib is-€620,000 fi flus kontanti, f’karti ta’ valur differenti. Il-flus kienu maqsuma fi 62 pakkett u magħluqa fil-plastik.

Minkejja li r-raġel qatt ma kien xellef subgħajh mal-ġustizzja, il-flus ġew issekwestrati u hu mistenni jitressaq quddiem il-ġustizzja fil-qrib.