Lokali

Filmat: Iktar żgħażagħ jippruvaw jiftħu karozzi fis-Swieqi

Filmat ġdid li wasal għand dan is-sit juri żewġ żgħażagħ, x’aktarx barranin, jippruvaw jiftħu vetturi fi Triq il-Ħemel, fis-Swieqi.

Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda f’din it-triq li fl-aħħar jiem fiha saru diversi attentati ta’ żgass ta’ vetturi kif ukoll ħsara fuq propjeta’ tar-residenti.

Kien biss jumejn ilu li l-Pulizija arrestaw żagħżugħ Belġjan li nqabad fil-fatt minn membri tar-Rapid Intervention Unit waqt li kien qed jipprova jiftaħ xi vetturi. Dan wara li resident tal-istess triq għamel rapport.