Lokali Parlament

Filmat: “Istħi, istħi” … Konrad Mizzi jinfexx f’attakki u tgħajjir fil-konfront tal-Oppożizzjoni

Għat-tieni darba fi tlett ijiem Konrad Mizzi, il-Ministru favorit tal-Prim Ministru Muscat, reġa’ nfexx f’isteriżmu … din id-darba fil-Parlament, wara l-programm Reporter it-Tnejn li għadda, meta kien qed jiffaċċja akkużi serji kontrieh.

Fil-każ tal-lejla, Konrad Mizzi kien isteriku wara l-Mistoqsijiet li għamillu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar l-Inkjesta li qabbad il-Ministru Mizzi stess biex titmexxa mill-eks Deputat Laburista Philip Sciberras.

Il-Mistoqsija kienet titratta kif Alex Sciberras, iben Philip Sciberras stess, Kandidat u Viċi Sindku Laburista tal-Imsida, spiċċa b’sehem dirett fl-istess Inkjesta. Dan meta Alex Sciberras stess kien ukoll Segretarju tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), li hi suġġetta għall-Inkjesta mmexxija minn missieru.

Agħfas hawn għall-filmat.