Ħanut tan-nuċċalijiet li jinsab fi Triq San Pawl, f’San Pawl il-Baħar, spiċċa bl-istock tas-Sajf misruq f’każ li seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart tal-Ħadd filgħodu.
Kif jidher f’filmati minn kameras tas-sigurta’ fil-ħanut, numru ta’ persuni, x’aktarx tnejn, li kienu mgħammda, kissru ħġieġa tal-bieb ta’ barra u daħlu fl-istabbiliment minn fejn ħadu n-nuċċalijiet tax-xemx kollha li sabu … kollha nuċċalijiet ta’ ditti rinomati li l-valur tagħhom ilaħħaq kważi l-€14,000.
Immedjatament malli ndunaw b’dak li seħħ, is-sidien tal-ħanut għamlu rapport lill-Pulzija li bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-qed jintalab jagħmel kuntatt mal-Pulizija. Anke’ rapporti dwar persuni li jkunu qed ibiegħhu nuċċalijiet tad-ditta bi prezzijiet mhux realistiċi jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet.
Ta’ min ifakkar li skont il-liġi, min jakkwista oġġetti misruqa, anke’ jekk jixtrihom, jista’ jkun investigat b’kompliċita’ f’reat.
//= $special ?>