Lokali

Godfrey Wettinger jingħata l-aħħar tislima fl-Universita’ ta’ Malta

(Ritratt: Martin Agius)

Illum ingħata l-aħħar tislima il-Professur Godfrey Wettinger li miet fil-jiem li għaddew.

Wettinger – li kien Senior Fellow tal-Università ta’ Malta u eks-Professur tal-Istorja Medjevali fid-Dipartiment tal-Istorja – kien storiku u akkademiku magħruf li jibqa’ mfakkar l-aktar għas-sejba fl-1966 tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaru, li hija l-eqdem biċċa letteratura fil-Malti.

Kien għalhekk xieraq li l-funeral tiegħu jsir fl-Università ta’ Malta.  Il-korteo telaq mill-Isptar Mater Dei fis-1.30pm lejn Tal-Qroqq fejn fis-2pm sar dak li ġie deskritt bħala ‘Public Farewell Service’ præsente cadavere fl-Atriju Vassalli.

Funeral Wettinger-2041

Funeral Wettinger-2053