Futbol Sport

Ħelsien mill-arrest preventiv għall-eks uffiċjal ta’ klabbs Maltin Vaughan Jr.

L-eks uffiċjal ta’ diversi klabbs f’Malta, Stephen Vaughan Junior, ingħata l-ħelsien mill-arrest preventiv wara akkużi li ostakola l-ġustizzja f’każ ta’ qtil fl-Ingilterra.

Il-każ hu dwar il-qtil tal-Pulizija Neil Doyle, li safa’ attakkat minn grupp ta’ tliet eks plejers, ġimgħa biss qabel kellu jmur honeymoon mal-mara ġdida tiegħu imma minflok miet ftit wara fl-isptar.

Vaughan Junior hu akkużat ukoll li saq vettura mingħajr assigurazzjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).