L-EBU tinsab f’diskussjonijiet ma’ rappreżentanti ta’ Hunan TV, stazzjon televiżiv Ċiniż li hu interessat li jara liċ-Ċina tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest.
Kelliema għall-istazzjon qalet li l-EBU uriet ħeġġa li tagħti xejra ġdida lil Eurovision Song Contest bl-involviment taċ-Ċina. Hi spjegat li l-udjenza Ċiniża hi maqsuma fi tnejn: dawk li jħobbu jaraw ‘il Eurovision minħabba l-professjonalita’ tagħha u s-sbuħija tal-prestazzjonijiet, u dawk li jħobbu jsegwuh minħabba li huma dilettanti tal-mużika.
Din l-aħbar ħarġet wara xniehat li l-EBU qed tikkunsidra li tagħti post permanenti lil Awstralja biex kull sena tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest.
//= $special ?>