Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 27 ta’ Mejju.

IN-NAZZJON bi storja mill-Qorti t’Għawdex dwar l-allegazzjonijiet ta’ xogħlijiet fil-privat minn ħaddiema tal-Gvern, fejn naqraw illi l-Whistleblower ikkonferma li ma tkellimx ma’ Simon Busuttil dwar ‘works for votes’. F’rapport separat, naraw illi l-Oppożizzjoni qed tpoġġi diversi domandi dwar il-każ tal-materjal użat fil-bini tal-Mater Dei, bi Claudette Buttigieg tistaqsi lil min qed jiddefendi l-Gvern Laburista.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport mill-Qorti t’Għawdex fejn naqraw ix-xiegħda li ta lbieraħ Joe Cauchi (il-Whistleblower) f’sessjoni maratona ta’ sitt sigħat. L-ORIZZONT ukoll isegwi l-kumpilazzjoni mill-Qorti t’Għawdex fejn naraw illi lbieraħ ġew preżentati 70 irċevuta falza għal xogħlijiet li allegatament saru fil-privat.

Il-MALTA TODAY tgħid li l-eks PM Lawrence Gonzi minn naħa tiegħu qatt ma kien jasal jawtorizza l-waiver tal-FMS lil Skanska. Anke l-ġurnal TIMES OF MALTA jieħu l-kummenti ta’ Gonzi fejn naqraw li din il-materja qatt ma ġiet diskussa fil-Kabinett.