Ir-Referendum dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa’ fl-Unjoni Ewropea – li l-Gvern ta’ David Cameron wiegħed li jsir sa tmiem l-2017 – kien fost it-temi li ddominaw l-hekk imsejjaħ ‘Queen’s Speech’ li sar l-Erbgħa fil-House of Lords ta’ Londra u li jagħti bidu formali tal-ħidma tal-Parlament il-ġdid wara l-Elezzjoni Ġenerali Ingliża.
Dan kien l-ewwel Programm Leġiżlattiv ta’ Gvern iffurmat mill-Konservattivi waħidhom li ressqet ir-Reġina Eliżabetta II fi kważi għoxrin sena. Dan wara li l-Konservativi ta’ David Cameron rebħu l-elezzjoni tal-bidu ta’ dan ix-xahar b’maġġoranza assoluta u għalhekk jistgħu jiggvernaw waħidhom mingħajr il-ħtieġa ta’ koalizzjoni.
Id-diskors jitħejja mill-Gvern imma kif inhija t-tradizzjoni jinqara mir-Reġina bħala l-Kap tal-Istat f’dak li huwa magħruf ukoll bħala d-Diskors mit-Tron. Ir-Reġina tasal f’Westminster skortata mill-kavallerija f’purċissjoni ċerimonjali kollha kuluri li tibda minn Buckingham Palace
IR-RENJU UNIT: Lejn ir-referendum dwar l-UE
