Aktar minn 150 student minn skejjel differerent illum ħadu sehem fil-11-ilsessjoni tal-EkoSkola li nżammet fil-Parlament.
Is-sessjoni kienet ippresseduta mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia li sema’ u laqa’ l-proposti tal-istudenti, liema proposti kienu jikkonċernaw il-“Millenium Development Goals”.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li l-ħidma favur il-paċi hija l-pedament jekk nemmnu li rridu nindirizzaw il-problemi u l-kriżijiet li qed jiffaċċjaw diversi persuni, l-aktar dawk li qed isofru l-faqar.
Ritratti: Dipartiment tal-Informazzjoni
//= $special ?>