Għaddas fl-Istati Uniti li jinżel għall-ħut b’lanza ħa l-qatgħa ta’ ħajtu meta nduna li jdur madwaru kellu kelb il-baħar tat-tip Great White.
Grayson Shepherd, li niżel jogħdos mal-35 kilometru ’l barra mill-kosta ta’ Florida, ġibed filmat taħt il-baħar li juri lill-predatur enormi jersaq lejh u jdur madwaru.
Il-filmat, li tqiegħed fuq Youtube, diġà rawh mijiet ta’ eluf hekk kif ħafna kkummentaw li kieku minflok Shepherd, kienet tieqaf qalbhom malli jaraw ħlejqa daqshekk perikoluża ddur madwarhom.
Ir-raġel ukoll jinstema’ jesprimi l-qatgħa, minkejja li kien taħt l-ilma, qabel żamm il-kalma u baqa’ jiġbed il-filmat.
//= $special ?>