Futbol Sport

Jirtira l-attakkant Trevor Thomas

Ftit xhur wara li ħareġ mill-isptar u rritorna lura għall-futbol, l-attakkant Trevor Thomas ħabbar li t-tobba ordnawlu jirtira immedjatament mill-futbol.

B’hekk Trevor Thomas kien sfurzat jirtira mill-futbol fl-eta’ ta’ 34 sena wara karriera li ratu jilgħab ma’ numru ta’ klabbs fosthom Attard, Gudja United, Senglea Athletics kif ukoll Valletta FC fil-Kampjonat Premier.

Fil-karriera tiegħu Thomas rebaħ il-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni ma’ Senglea fl-2012/13 u kiseb promozzjonijiet ma’ Senglea fl-2000/01 u l-2001/02 u fl-2010/11 u l-2011/12 ma’ Gudja.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).