Matthew Psaila, li fl-aħħar jiem ħabbar li mhux se jikkontesta għal kumitat ġdid ta’ Pieta’ Hotspurs, mistenni jingħaqad mal-kowċ ġdid ta’ Żebbuġ Rangers Alfred Attard bħala Team Manager tal-klabb.
Replay hu nfurmat li kien hemm ukoll klabbs oħra li wrew interess fi Psaila. madankollu hu għażel li jkompli jikkopera ma’ Attard, li miegħu ħadem matul it-tmexxija ta’ dan tal-aħħar bħala kowċ tal-minors.
L-istaġun li għadu kif intemm kien l-ewwel avventura uffiċjali ta’ Psaila fil-futbol lokali fejn okkupa kariga’ ta’ kaxxier u Team Manager ta’ Pieta’.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>