Lokali

Muscat f’Hong Kong…Sai Mizzi ma tissemma imkien!

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat flimkien maċ-Chairman tal-Malta Financial Services Authority, il-Professur Joseph Bannister jinsabu f’Hong Kong għal żjara ta’ ġurnata.

Skont stqarrija uffiċjali li ħareġ il-Gvern dalgħodu, preżenti ma’ Muscat hemm ukoll l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina Clifford Borg-Marks u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith tal-Kasco.

Iżda li hu interessanti huwa l-fatt li l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi – li sippost tinsab fir-reġjun bħala Mibgħut Speċjali – imkien ma tissemma f’din l-istqarrija tal-Gvern. Sai Mizzi titħallas €13,000 fix-xahar sabiex iġġib investiment lejn Malta miċ-Ċina, Hong Kong u r-reġjun Ażjatiku.

Għalhekk wieħed jistaqsi, fejn kienet Sai Mizzi meta illum il-Prim Ministru Muscat kien Hong Kong? U jekk kienet hemm mal-Prim Ministru, għaliex l-isem tagħha inżamm mistur fl-istqarrija?

jm