Il-kowċ ta’ Birkirkara Paul Zammit mhux mistenni jibqa’ kowċ tal-istess klabb minkejja li għada fadallu sena kuntratt.
B’hekk tikber l-ipoteżi li Paul Zammit ikun il-kowċ ġdid ta’ Valletta wara li kif żvelajna iktar kmieni, Ivan Zammit mhux mistenni jibqa’ fit-tmexxija tal-klabb Belti.
Ta’ min isemmi li jekk Paul Zammit ma’ jibqax kowċ ta’ Birkirkara, il-probabilta’ hi li lanqas Josef Mansueto ma jidħol fit-tim tekniku tal-klabb.
Fl-aħħar jiem żvelajna wkoll li l-President ta’ Birkirkara Joseph Zammit offra kariga fin-nursery ta’ Birkirkara lil Mansueto, li madankollu mistenni jsegwi lil Paul Zammit skont id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar.
Dan is-sit hu nfurmat li l-kowċ Zammit lanqas biss kien mgħarraf b’numru ta’ żviluppi li seħħew fl-aħħar jiem, fosthom il-wasla f’Malta ta’ Fabrizio Miccoli li jinsab qrib li jiffirma għal Birkirkara.
Fost l-oħrajn Miccoli semma’ li jinsab f’Malta biex jara xi ħbieb, fosthom l-eks kowċ ta’ Floriana Giovanni Tedesco li hu l-favorit li jieħu l-kariga’ minflok Zammit.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).