Qrendi F.C. ħatru lil Simon Cauchi bħala l-kowċ għall-istaġun li ġej wara li Demis Paul Scerri ħabbar li se jkompli l-karriera ma’ St. George’s.
Cauchi beda l-karriera tal-coaching fl-istaġun 2011/12 fejn mexxa’ lill-minors ta’ Għaxaq u kien ukoll l-assistent tal-kowċ Roberto Debrincat fl-iskwadra ewlenija.
Staġun wara hu ħa post Debrincat u kompla bl-avventura ma’ Għaxaq anke’ matul l-istaġun 2013/14 fejn saħansitra akkwista promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.
Fl-istaġun li għadda reġa’ ngħaqad mill-ġdid ma’ Roberto Debrincat bħala Assistent Kowċ ta’ Swieqi United F.C.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>