Futbol Sport

Steve Borg jista’ jingħaqad ma’ Aris Limassol f’Ċipru

Id-difensur ta’ 26 sena Steve Borg jista’ jsir it-tielet Malti li jilgħab f’Ċipru hekk kif Replay hu nfurmat li qajjem l-interess tal-klabb Aris Limassol.

Jekk it-trasferiment iseħħ, Borg isegwi l-passi ta’ Luke Dimech u Andre Schembri li laħbu f’dan il-pajjiż.

Borg kien diġa’ qrib li jissieħeb klabb f’Ċipru s-sena li għaddiet, wara li l-eks kowċ ta’ Valletta Andres Paus u l-plejer Irakli Maisuradze ingħaqdu ma’ Anorthosis Famagusta.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).