Tliet klabbs tal-Premier fl-aħħar jiem urew interess li jakkwistaw lill-kowċ ta’ Pembroke Athleta Jacques Scerri, lill-assistent tiegħu Gregory Degabriele u lit-Team Manager Kenneth Portelli.
Dan is-sit hu nfurmat li saru kuntatti minn dawn il-klabbs li jixtiequ lit-tliet uffiċjali f’daqqa.
Fl-aħħar jiem komplew diskussjonijiet biex investituri jieħdu t-tmexxija tal-klabb. Kif żvela dan is-sit, hemm kemm konsorzji barranin u Maltin interessati li jmexxu lill-klabb fil-Kampjonat Premier.
Madankollu minn informazzjoni li għandu dan is-sit, il-priorita’ għat-trio ta’ uffiċjali tibqa’ Pembroke Athleta.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>