Hekk kif dan is-Sajf se jkun hemm l-ewwel anniversarju minn mindu Abu Bakr al-Baghdadi, il-kap tal-ISIS deher fil-pubbliku l-ewwel darba fid-29 ta’ Ġunju u ddikjara Stat Iżlamiku, esperti wissew li dan il-movimenti estremista Iżlamiku se jfakkar dan l-anniversarju bil-mod li jaf hu, b’aktar vjolenza.
Charlie Winter, espert ewlieni dwar l-ISIS mal- Quilliam Foundation, qal li hekk kif se joqrob l-anniversarju, l-ISIS se jkunu jridu juru li huma aktar b’saħħiethom u għalhekk tul ix-xahar li ġej qed ibassar li l-ISIS ikun ferm aktar attivi. Hu qal li l-kisbiet reċenti tal-ISIS f’Ramadi fl-Iraq u Palmyra fis-Sirja kienu kalkulati bir-reqqa għal dan l-iskop ukoll.
Filwaqt li qal li kien diffiċli ħafna jbassar x’se jkun il-pass li jmiss tal-grupp, hu qal li wieħed kellu jistenna aktar attakki bħal dak li kien hemm f’Pariġi.
Twissija dwar l-ISIS
