Futbol Sport

Benitez jikkonferma li se jitlaq

Rafael Benitez ikkonferma li se jkun qed jitlaq lil Napoli fi tmiem l-istaġun.

Benitez qed jissemma bħala l-favorit nett li se jieħu post Carlo Ancelotti ma’ Real Madrid u l-kowċ ta’ 55 sena f’konferenza tal-aħbarijiet qal li se jkun qed itemm esperjenza ta’ sentejn ma’ Napoli.

L-eks manager ta’ Liverpool se jkun qed imexxi lil Napoli fl-aħħar logħba tal-kampjonat il-Ħadd meta jiltaqgħu kontra Lazio fejn rebħa tkun qed taċċertalhom post fiċ-Champions League staġun ieħor għas-spejjeż tal-istess lazio.

“Nirringrazzja lill-President Aurelio De Laurentiis, il-kumpannija u lill-partitarji kollha imma wara sentejn se ntemm l-esperjenza tiegħi hawn ma’ Napoli. Il-Ħadd se tkun logħba ferm importanti u rrid nispiċċa s-sentejn tiegħi b’rebħa. Dejjem hu ta’ dieqa li titlaq min post fejn tkun trattat tajjeb mill-bidu u hekk kont f’Napli. Il-familja kienet fundamentali fl-għażla tiegħi. Napoli u Aurelio għamlu kull sforz u kont viċin li nġedded,” qal Benitez.

Flok Benitez ma’ Napoli issa qed jissemma l-kowċ ta’ Sampdoria Sinisa Mihajlovic.