Sepp Blatter ma kienx preżenti għall-Konferenza Medika tal-FIFA li kellu jattendi għaliha l-Ħamis wara l-iskandlu li heżżeż id-dinja tal-Futbol.
Il-President tal-FIFA kellu jitkellem f’din il-konferenza fi Zurich imma kelliem għall-FIFA qal li Blatter li għandu 79 sena kien irtira minn din il-konferenza “għal raġunijiet ovvji”.
Il-kap uffiċjal mediku tal-FIFA Jiri Dvorak qal waqt il-konferenza, “Il-President Blatter jitlob skuża li m’attendiex illlum minħabba t-taqlib kollu li smajtu bih… irid jagħmel dmiru bħala President u jmexxi din is-sitwazzjoni li probabbilment hi aktar importanti.”
Blatter l-Erbgħa kien qal li jilqa’ bil-ferħa l-investigazzjonijiet ta’ allegat korruzzjoni fid-dinja tal-futbol, wara jum li xeħet lill-FIFA fi kriżi.
//= $special ?>