Valletta huma viċin li jiffirmaw lid-difensur internazzjonali tal-Moldova, Maxim Focsa li għandu 23 sena.
Preżentament Focsa jinsab fuq il-kotba tat-tim tal-lokal, Academia Chisinau u f’Novembru li għadda kien mgħajjat għall-ewwel darba mill-kowċ nazzjonali tal-Moldova, Alexandru Curitianu,mat-tim nazzjonali għall-partita internazzjonali valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2016 kontra Liechtenstein u li l-Moldova tilfu f’dahrom b’mod sorprendenti bl-iskor ta’ 1-0.
Sal-lum iżda Focsa għadu ma lagħabx partita mat-tim nazzjonali tal-kbar għalkemm jidher li fil-futur qarib Focsa jaf ikun parti integrali mill-iskwadra nazzjonali.
Focsa lagħab għaxar darbiet mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena u hu meqjus bħala wieħed mill-aktar plejers prometenti fil-pajjiż. Hu kapaċi jilgħab fir-rwol ta’ difensur u f’nofs il-grawnd. Il-paġna ta’ Replay fuq Facebook żvelat li dan il-plejer mistenni jasal f’Malta fit-3 ta’ Ġunju sabiex jikkonkludi l-aħħar negozjati ma’ Valletta u jiffirma kuntratt magħhom.
Intant Valletta qed jitkellmu ukoll ma’ tliet plejers Tuneżini li kollha jinsabu fiċ-ċirku tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom, iżda kelliem għall-klabb ta’ Valletta qal lil dan is-sit li l-klabb mistenni jkun attiv ferm fis-suq tat-trasferimenti fejn jidħlu plejers barranin u mistenni jkun hemm aktar ismijiet ta’ plejers b’CV attrajenti, bħal fil-każ ta’ Focsa li jissieħbu ma’ Valletta.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>


