Lokali Parlament

Filmat: Konrad Mizzi jgħid li Alex Sciberras hu nvolut fl-Inkjesta … ix-Xandir tal-Istat jgħid li Sciberras m’għandu ebda rwol

Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta protest lill-PBS wara r-rappurtaġġ qarrieq u żleali fil-bulettin tal-bieraħ filgħaxija u anke fuq is-sit elettroniku tax-Xandir tal-Istat (ritratt isfel).

Dan wara li fil-Parlament, ibieraħ, il-Ministru Konrad Mizzi spjega x’inhu r-rwol ta’ Alex Sciberras fl-inkjesta mmexxija minn missieru dwar l-Isptar Mater Dei.

Madankollu, għax-Xandir tal-Istat, dan kollu nbidel u fil-punti ewlenin ingħad kompletament bil-kontra, jiġifieri li “Alex Sciberras m’għandu ebda rwol fl-inkjesta”.

Fi stqarrija f’isem il-Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista qal li din mhux talli hi gidba, talli hija żlealtà lejn it-telespettaturi u l-udjenza tal-istazzjon.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista appella biex ix-Xandir tal-Istat jirrimedja minnufih din is-sitwazzjoni u jgħid il-verità lill-poplu Malti u Għawdxi.

Alex Sciberras Rappurtagg PBS 270515