Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 28 ta’ Mejju.

IN-NAZZJON fil-faċċata jirrapporta kif ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ressaq protest ġudizzjarju kontra Joe Cauchi, il-persuna li qed tixhed fil-każ tal-allegazzjonijiet li qed jiffaċja Anthony Debono f’Għawdex. F’rapport separat naqraw illi l-PN ressaq ħames proposti konkreti għall-futur tal-Air Malta.

Fil-gazzetta TIMES OF MALTA naqraw illi Malta aċċettat li tieħu 292 immigrant irregolari mill-Italja u l-Greċja bħala parti mill-programm ta’ burden sharing li fasslet il-Kummissjoni Ewropea. Anke L-ORIZZONT jagħti prominenza lil din l-aħbar bit-titlu fil-faċċata jaqra “292 immigrant lejn Malta”.

THE MALTA INDEPENDENT bi storja dwar raid li sar mill-Pulizija it-Tlieta f’Tas-Sliema fid-dar tal-frodista Mary Swan, li għandha kumpaniji reġistrati fuq l-indirizz ta’ John Dalli f’Portomaso.