Il-kantant Ingliż ta’ 24 sena James Bay fl-aħħar jiem kien f’Malta fejn ġibed parti sostanzjali ta’ video mużikali ġdid f’Malta. Il-maġġoranza tal-iffilmjar sar fil-Birgu.
Bay, li rebaħ l-unur tal-Critics’ Choice fl-aħħar edizzjoni tal-Brit Awards, kien runner up tal-BBC Sound of 2015 u ġie nominat ukoll għall-unur Brand New For 2015 tal-MTV, ħa l-fama riċentament.
Imma minkejja li hu kantant li għadu relattivament ġdid għax-xena tal-mużika, irnexxielu jitla’ sat-tieni post tal-UK Singles Chart bil-kazunetta Hold Back the River li fuq Youtube għandha kważi 34.5 miljun view.
Fuq Twitter, James Bay irrisponda lil numru ta’ Maltin, faħħar lil pajjiżna u esprima x-xewq li jirritorna.
//= $special ?>