Lokali

Il-maġġoranza ta’ ‘child carers’ għażlu ’l-UĦM

55% taċ-child carers li vvutaw f’elezzjoni biex permezz tagħha jiġi stabbilit liema union għandha rikonoxximent ewlieni, ivvutaw għall-Union Ħaddiema Magħqudin.

B’hekk intemm il-proċess ta’ verifika dwar liema union għandha rikonoxximent ewlieni ta’ child care assistants fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u li jaħdmu f’child care centres.

Il-UĦM qalet li b’kollox ivvutaw 65 child carers. Il-union qalet li issa qed tistenna li l-proċess dwar il-ftehim ikun jista’ jissokta mingħajr ebda dewmien ieħor.

Fl-istess ħin, il-UĦM irringrazzjat lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-FES, speċjalment lil dawk li urew il-fiduċja fiha.