Lokali

Inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar – żagħżugħa ta’ 17-il sena tittieħed l-Isptar

Għall-ħabta ta’ 12:10pm, fi Triq Wied il-Għajn f’Ħaż-Żabbar, seħħ inċident tat-traffiku li fih kienu nvoluti żewġ karozzi, b’passiġġiera ta’ 17-il sena f’waħda mill-vetturi kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Jirriżulta li għal xi raġuni, karozza tat-tip Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Marsaskala, ħabtet ma’ karozza tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena. Il-passiġġiera maż-żagħżugħ ta’ 22 sena sofriet xi feriti u ttieħdet immedjatament l-Isptar b’Ambulanza għal aktar kura.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħa għad mhix magħrufa.

Aktar informazzjoni kif taslilna …