Dalgħodu seħħ hold-up ieħor f’Banka tal-Lottu, it-tieni wieħed f’anqas minn 24 siegħa, din id-darba fil-Mosta. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30am mill-Banka fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
Jidher li ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat b’sikkina daħal fil-Banka, talab il-flus lis-sid u ħarab b’madwar €600 fi flus kontanti. Sid il-Banka, raġel ta’ 67 sena, ma sofra l-ebda feriti.
Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit bdew tfittxija intensiva għall-persuna jew persuni li kienu wara din is-serqa, bil-Pulizija tad-Distrett u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali qed jinvestigaw il-każ.
Ilbieraħ waranofsinhar seħħ hold-up iehor fil-Banka tal-Lottu li tinsab fi Triq Hompesch fil-Fgura. F’dan il-każ, insterqu madwar €3,000.
Il-Pulizija qed titlob lill-pubbliku għal kull tip ta’ informazzjoni dwar dawn iż-żewġ hold-ups.
//= $special ?>