Lokali

Jagħlaq il-perjodu tan-nomini għall-elezzjoni tal-Uffiċjali tal-PN

Illum f’12pm għalaq il-perjodu li matulu setgħu jintefgħu n-nomini għall-Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.

In-nomini li ġew sottomessi huma dawn:

  • Segretarju Ġenerali: Rosette Thake
  • President Kunsill Amministrattiv: Karol Aquilina
  • President Kumitat Eżekuttiv: Ann Fenech
  • Teżorier: Alex Perici Calascione
  • Segretarju Internazzjonali: Trevor Degiorgio
  • Assistent Segretarju Ġenerali: Jean Pierre Debono
     
    L-elezzjoni għal dawn il-karigi se ssir l-Erbgħa li ġej.