Joe Cauchi, li kontrih il-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ protest ġudizzjarju fil-Qorti, akkuża lil Simon Busuttil li pprova jintimidah.
Joe Cauchi ngħata protezzjoni, taħt il-liġi tal-Whistleblower, biex jixhed fil-Qorti t’Għawdex fil-każ ta’ Toni Debono, ir-raġel tal-eks-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, b’rabta mal-allegat “xogħol għall-voti”.
Waqt li spjega li ma jirtira ebda parti mix-xhieda mogħtija fil-Qorti, fil-kontro-protest Joe Cauchi qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni uża strument legali biex jattakka l-kredibilità tiegħu u biex jagħmillu pressjoni biex jibdel il-pożizzjoni tiegħu. Permezz tal-avukat tiegħu Robert Abela, Cauchi saħaq li se jibqa’ jgħid il-verità kif dejjem għamel s’issa.
Cauchi akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni li potenzjalment qed jikser il-liġi billi, skont hu, ipprova jintimida xhud li ngħata l-protezzjoni taħt il-liġi tal-Whistleblower.
//= $special ?>