Kurżitajiet

Jipprova jmiss tfajla imma tonxru mal-art

Klijent f’bar fir-Russja spiċċa minxur mal-art mill-waitress wara li pprova jmissha u hi rreaġixxiet bl-unika arma li kellha – il-menu f’idejha.

Filmat ta’ ftit sekondi li deher fuq l-internet, spiċċaw rawh iktar minn 3 miljun persuna hekk kif xtered permezz tal-midja soċjali.

Il-filmat juri li t-tfajla marret tagħti l-kont lil żagħżugħ mal-bar li jidher jgħidilha xi ħaġa imbagħad jipprova jmissha. It-tfajla rreaġixxiet, imbuttatu u resqet lura, imma ż-żagħżugħ niżel mill-banketta li kien fuqha u qabadha mill-qalziet. It-tfajla hawnhekk fajritlu daqqtejn bil-menu f’wiċċu sakemm iż-żagħżugħ spiċċa mgħawweġ mal-art.