Lokali

Kandidat Laburista jgħid li Malta saret tal-kuntratturi u tal-klikkek viċin il-Prim Ministru

Robert Henry Bugeja, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali kien kandidat tal-Partit Laburista fil-ħames distrett, kritika lil Gvern ta’ Joseph Muscat dwar ir-riżenja tas-Sindku ta’ Ħal-Tarxien, Joseph Abela, li rriżenja wara li qal li ma kellux biżżejjed fondi allokati biex iwettaq il-ħidma tiegħu fil-Kunsill Lokali. F’messaġġ fuq Facebook Joseph Abela, sostna wkoll li mal-problema tan-nuqqas ta’ fondi kellu jiffaċċja dak li hu sejjaħ ‘tfixkil intern’. Fuq facebook, Robert Henry Bugeja, li kien kandidat tal-PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali, qal li “Malta saret tal-kuntratturi, tal-klikkek viċin il-Prim Ministru”.

Fuq Facebook, Robert Henry Bugeja jgħid kif il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux jirrispetta d-demokrazija, b’referenza dwar il-proġett li l-gvern irid jagħmel fiż-Żonqor, f’Marsascala.

Jgħid wkoll kif Malta taħt Joseph Muscat saret tal-kuntratturi, tal-klikkek viċin ta’ Muscat u kiteb anke dwar Cyrus Engerer, billi qal li talli Cyrus Enerer kien jgħajjar u ma jaħmilx il-partitarji laburisti, l-Partit Laburista jippremjah b’ €85,000 fis-sena.

 robert henry bugeja

robert henry bugeja 2