Internazzjonali

L-imwiet tat-truppi Russi jridu jinżammu sigrieta…

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, iffirma digriet biex jinżammu sigrieta l-imwiet tat-truppi Russi fi żmenijiet ta’ paċi.

L-emenda tipprojbixxi informazzjoni dwar l-imwiet tal-membri tal-qawwiet Russi waqt ‘missjonijiet speċjali’ li jsiru fi żmien meta r-Russja ma tkunx involuta fi gwerra.

Intant, il-Kremlin ta’ Moska ċaħad kemm il-darba li qed jibgħat is-suldati Russi u l-karrijiet armati biex jgħinu lir-ribelli separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

Iżda rapport ġdid mill-Istati Uniti sostna li r-Russja qed tuża l-kampijiet tat-taħriġ qrib il-fruntiera bħala ‘bażijiet minfejn tixpruna l-gwerra attwali fl-Ukrajna’.