Logħba stramba qed tinxtered madwar id-dinja permezz ta’ Twitter, anke minħabba spekulazzjoni li min jilgħabha jista’ jagħmel kuntatt ma’ spirtu Messikan bl-isem ta’ Charlie.
Iċ-Charlie Charlie Challenge qed tintlagħab minn eluf ta’ żgħażagħ wara li filmati qed jallegaw li din twassal għall-intervent ta’ xi ħaġa sopranaturali.
Il-logħba tintlagħab billi jitqiegħdu żewġ lapsijiet fil-forma ta’ salib fuq karta li jkollha miktub ‘Iva’ jew ‘Le’. Il-parteċipanti jgħidu l-frażi “Charlie Charlie nistgħu nilgħabu?” u allegatament joħolqu kuntatt ma’ spirtu, li jekk ikun hemm, jindikalhom billi jiċċaqilqu l-lapsijiet.
Il-mistoqsija li ssir hi riferenza diretta għal-logħba tal-Ouija board għalkemm hemm min qed jorbot din il-logħba ma’ tradizzjoni Messikana. Il-logħba tispiċċa billi dak li jkun jistaqsi “Charlie Charlie nistgħu nieqfu?” u wara li l-lapsijiet jiċċaqilqu, il-parteċipanti jwaqqgħuhom fl-art.
//= $special ?>