L-uffiċċju ta’ Milan tad-ditta internazzjonali ta’ periti Chapman Taylor rebaħ kompetizzjoni għad-disinn it-terminal cruise u kumpless ġdid u ta’ divertiment li jammonta għal somma ta’ €300,000,000 f’Għawdex.
Dan il-proġett se jsir fil-Lvant tal-gżira ta ‘Għawdex, dan il-proġett li jinkludi bini ta’ terminal bastiment, yacht haven kontemporanja, appartamenti residenzjali, vilel, u binjiet ta’ divertiment tul ix-xatt u kif ukoll lukanda lussuża.
Il-proġett, b’valur ta’ €300 miljun, hu intenzjonat għall-inħawi magħrufa bħala Tas-Simar fil-Qala.
Id-ditta Taljana kienet waħda minn 13-il kumpanija li ssottomettew id-disinni tagħhom wara sejħa internazzjonali mill-Gvern f’Ġunju li għadda.
Il-proġett mistenni jibda s-sena d-dieħla u jintemm fl-2022.
Madanakollu għal dan il-proġett hemm ħafna tħassib jekk dan jistax isseħħ minħabba t-tip ta’ ġebla taż-żona, li hija tal-Qawwi. Xi nies qalu l-dan il-portal li minħabba dan se jkun diffiċli biex ineħħu l-ġebel tal-post u jagħmlu l-proġett imsemmi.
//= $special ?>