Internazzjonali

Massakrati f’teatru ta’ Palmyra

Il-ġiħadisti tal-ISIS qatlu 20 raġel fit-teatru antik ta’ Palmyra, fiċ-ċentru tas-Sirja.

Din il-belt antika, li ingħatat l-istatus ta’ sit għall-patrimonju dinji mill-UNESCO, ilha l-aħħar jiem taħt il-kontroll tal-ISIS u r-rapporti mill-inħawi qalu li l-ġiħadisti ‘ġabru lir-residenti u ġiegħeluhom isegwu dan il-massakru’.

Mifhum li sa 240 persuna – fil-parti kbira suldati – inqatlu mill-ISIS mindu l-ġiħadisti ħatfu r-riedni f’Palymyra.

Dan meta d-dinja tinkwieta li l-membri tal-ISIS f’Palmyra jistgħu jeqirdu l-fdalijiet mill-era tar-Rumani li għandhom valur storiku imprezzabbli, peress li jmorru lura għal 2,000 sena.