Internazzjonali

Nebraska neħħiet il-piena tal-mewt

Il-piena tal-mewt m’għadhiex effettiva f’ Nebraska wara li l-leġislatura tal-Istat Amerikan għaddiet miżura speċifika magħrufa bħala veto-override.

Il-miżura kienet appoġġjata minn koalizzjoni ta’ konservattivi li jopponu l-esekuzzjonijiet tal-priġunieri bħala l-piena massima għal reati.

B’hekk Nebraska issieħbet ma’ 18 il-Stati Amerikani oħra, u d-distrett federali ta’ Washington, li m’għadhomx jeżerċitaw il-piena kapitali. Fil-fatt, dan hu l-ewwel Stat meqjus bħala ‘tradizzjonalista’ li ħa pass daqshekk sinifikattiv f’madwar erbgħin sena.

L-aħħar darba li ħabsi fuq ‘Death Row’ ingħata l-piena kapitali f’Nebraska tmur lura għall-1997, meta l-persuna nkwistjoni mietet fis-siġġu elettriku.

Fil-preżent hemm għaxar irġiel ikkundannati fuq ‘Death Row’ f’Nebraska.